Malta tattira aktar sensiliet tat-TV internazzjonali...

Il-Kumissjoni tal-Films qalet li din is-sena żdiedu ħafna l-produzzjonijiet internazzjonali tat-televiżjoni li għażlu lil Malta għall-ġbid tal-produzzjonijiet tagħhom

F’Malta bħalissa għaddej il-ġbid ta’ episodju speċjali tas-sensiela televiżiva Ingliża "Birds of a Feather". Din is-sensiela Ingliża kienet bdiet tixxandar fl-1989 u hija segwita minn madwar 8 milljun spettatur. 

Fi kliem il-produttur Matthew Mulot, Malta provdiet locations u crew eċċellenti biex jiġbdu x-xeni kollha li kellhom bżonn. It-tliet atturi prinċipali Pauline Quirke, Linda Robson u Lesley Joseph kienu kollha Malta biex jinterpretaw ix-xeni taħt id-direzzjoni ta' Martin Dennis, direttur ingliż rebbieħ ta' BAFTA Award.

Il-Kumissjoni tal-Films qalet li din is-sena żdiedu ħafna l-produzzjonijiet internazzjonali tat-televiżjoni li għażlu lil Malta. Kien biss ftit gimghat ilu li Netflix kienu Malta biex jiġbdu xeni għas-sensiela 'Sense 8'. Dan kollu huwa parti minn pjan strateġiku biex l-industrija tal-films f’Malta tkun aktar konsistenti u tiggarantixxi xoghol kontinwu tul is-sena kollha. Hekk kif ippjanat fil-politika nazzjonali għall-films, l-industrija qed tgħaddi minn proċess ta’ diversifikazzjoni u mhux qed tiddependi biss fuq films, iżda qed jinħoloq xogħol ġdid grazzi għal sensiliet tat-televizjoni, dokumentarji, riklami u anke 'game shows"

More in Socjali