Il-Malta Confederation of Women’s Organisations (MCWO) stqarru li fid-dawl tal-kontroversja dwar il-kontraċettiv ta' emerġenza, aktar magħruf bħala l-morning after pill, huma jagħtu s-sapport tagħhom biex din il-forma ta' kontraċezzjoni tiġi llegalizzata u tkun aċċessibli għal-kull min irid jagħmel użu minnha.
Il-MCWO jirreferu għall-morning after pill bħala kontraċettiv li jgħin fil-kontroll ta' tqala mhux pjanata. Fl-istqarrija tagħhom, l-MCWO jisħqu li la darba fuq is-suq Malti diga' hawn metodi ta' kontraċezzjoni simili, bħall ma hi l-coil, m'għandux għaliex il-pillola ma tkunx meqjusa bl-istess mod.
"Il-morning after pill tqum inqas, hija inqas invażiva u aktar aċċessibli għan-nisa li għandhom bżonnha biex ikollhom kontroll aħjar fuq saħħithom u ħajjithom." temmew l-istqarrija l-MCWO.