Issa uffiċjali: Il-Junior Eurovision se jsir f'Malta

L-ispettakklu se jittella' fdiversi postijiet madwar il-Belt Valletta

Il-Eurovision Broadcasting Unit (EBU) ħabbar ufiċjalment li Malta se tkun qed torganizza l-edizzjoni tal-2016 tal-Junior Eurovision. Dan wara li s-sena li għaddiet, il-kantanta Destiny kienet rebħet il-kompetizzjoni f'Sofia bid-diska 'Not My Soul'.

Il-Junior Eurovision sarulu xi tibdiliet fil-format tiegħu, partikolarment fil-ħin li fih jiġi organizzat, hekk kif se jibda jsir il-Ħadd wara nofsinhar, minflok is-Sibt filgħaxija, li nħass li huwa ħin iktar addattat għall-udjenza.

Din is-sena se jkun qed jittella' fil-Belt Valletta, u mhux se jkollu post jew sala waħda minn fejn isir l-avveniment kollu, imma għal din is-sena, il-JESC se jkun mifrux mal-Belt Valletta kollha, b'partijiet isiru f'postijiet differenti. Kif se jkun qed jaħdem dan, ikompli jiġi żvelat mill-PBS u l-EBU.

Is-serata se tkun qed tittella' fl-20 ta' Novembru li ġej.

More in Socjali