Il-mara ta’ 48 sena li nstabet mejta fi Triq is-Salib tal-Marsa ġiet identifikata bħala Miriam Azzopardi.
Sorsi qrib l-investigazzjoni kkonfermaw li, wara l-awtopsja fuq il-katavru, il-Pulizija qed tittratta l-każ bħala omiċidju.
Il-katavru nstab għall-ħabta tal-10:30am waqt ronda tal-Pulizija fiż-żona, wara li xi persuni resqu lejn l-uffiċjali u infurmawhom bil-preżenza tal-katavru.
Fuq il-post marru numru kbir ta’ uffiċjali tal-Pulizija, timijiet mediċi u esperti forensiċi.
Fost dawk li kienu fuq il-post kien hemm ukoll l-Assistent Kummissarju Keith Arnaud, li jmexxi investigazzjonijiet dwar omiċidji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud fetaħ inkjesta maġisterjali dwar il-każ.
Il-post fejn instab il-katavru huwa l-istess żona fejn fl-2005 kien instab il-katavru ta’ Sion Grech wara l-qtil tagħha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Jaelle Borg hija ġurnalista ma' din il-gazzetta kif ukoll ġurnalista tal-qorti u tinsab ...