Mara ta’ 48 sena tinstab maqtula fil-Marsa; il-Pulizija qed tinvestiga

Il-vittma, mara Maltija residenti San Pawl il-Baħar, instabet mejta fi Triq is-Salib wara li persuni fil-post avżaw lill-Pulizija waqt ronda.

Ritratt: James Bianchi/Maltatoday
Ritratt: James Bianchi/Maltatoday

Il-Pulizija qed tinvestiga l-qtil ta’ mara Maltija ta’ 48 sena li nstabet mejta fi Triq is-Salib tal-Marsa l-Erbgħa filgħodu.

Il-vittma kienet residenti San Pawl il-Baħar.

Il-katavru nstab għall-ħabta tal-10:20am, waqt ronda tal-Pulizija fiż-żona. Skont l-informazzjoni disponibbli, xi persuni avviċinaw lill-uffiċjali u infurmawhom bil-preżenza tal-katavru.

Fuq il-post marru numru kbir ta’ uffiċjali tal-Pulizija, timijiet mediċi u esperti forensiċi.

Fost dawk preżenti hemm ukoll l-Assistent Kummissarju Keith Arnaud, li jmexxi investigazzjonijiet dwar omiċidji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud fetaħ inkjesta dwar il-każ.

Il-post fejn instabet il-mara huwa l-istess żona fejn fl-2005 kien instab il-katavru ta’ Sion Grech wara l-qtil tagħha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija