Żewġ persuni jweġġgħu gravi f’inċidenti separati tat-traffiku

Mara ta’ 65 sena u raġel ta’ 27 sena ttieħdu l-Isptar Mater Dei bi ġrieħi gravi wara li ndarbu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku fil-Mosta u Pembroke

Il-pulizija qed tinvestiga żewġ inċidenti separati tat-traffiku li seħħew ilbieraħ fil-Mosta u Pembroke
Il-pulizija qed tinvestiga żewġ inċidenti separati tat-traffiku li seħħew ilbieraħ fil-Mosta u Pembroke

Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li ndarbu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku li seħħew ilbieraħ fil-Mosta u Pembroke. 

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30am fi Vjal l-Indipendenza, il-Mosta.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li mara ta’ 65 sena residenti Ħaż-Żebbuġ intlaqtet minn mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti San Ġwann. 

It-tieni inċident seħħ għall-ħabta tal-4:45pm fi Triq Sant’Andrija, Pembroke.

Skont il-pulizija, minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Yaris Cross misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti l-Mosta u mutur Benelli misjuq minn raġel ta’ 27 sena residenti l-Imsida. 

Tim mediku ta l-assistenza ngħata fiż-żewġ inċidenti u l-mara ta’ 65 sena kif ukoll is-sewwieq tal-mutur ta’ 27 sena ttieħdu l-isptar b’ambulanza.

Aktar tard huma ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar iż-żewġ każijiet għadhom għaddejjin. 

More in Qrati u Pulizija