Jmut Franco Fenech, ħu Yorgen Fenech

Yorgen Fenech, issa l-uniku iben ħaj ta’ George Fenech, mistenni jgħaddi ġuri dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Franco Fenech, ħu Yorgen Fenech u iben il-mibki negozjant George Fenech, miet, skont informazzjoni li kisbet il-gazzetta oħt. MaltaToday.

Franco Fenech kien wieħed miż-żewġ ulied subien ta’ George Fenech, il-chairman u managing director tal-grupp Tumas li miet fl-2014 wara li bena wieħed mill-akbar gruppi kummerċjali f’Malta.

Wara l-arrest ta’ Yorgen Fenech fl-2019 fuq allegazzjonijiet li kien il-moħħ wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, Franco kien ħa post ħuh bħala direttur fil-kumpanija.

Madankollu, huwa ma damx iżomm il-pożizzjoni ta’ direttur fil-grupp.

Franco Fenech, li kien fl-aħħar tal-erbgħinijiet tiegħu, kien magħruf bħala dilettant tal-boxing u kien ibbażat Londra.

Ħuh Yorgen Fenech illum huwa l-uniku iben li għadu ħaj ta’ George Fenech u mistenni jgħaddi ġuri dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

More in Qrati u Pulizija