Raġel ta’ 76 sena sofra ġrieħi serji wara li waqa’ minn sellum fil-bitħa tad-dar tiegħu f’Birżebbuġa, skont stqarrija tal-pulizija.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-10:45am fi Triq id-Duluri, fejn minn investigazzjonijiet preliminari jirriżulta li r-raġel waqa’ minn għoli ta’ madwar sular.
Ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin, filwaqt li l-Maġistrat Monica Borg Galea ġiet appuntata biex tmexxi inkjesta dwar il-każ.