Mara tweġġa’ gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Birkirkara

Il--mara, li ntlaqtet minn Mazda Demio fi Triq Fleur-De-Lys, ittieħdet l-Isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri ġrieħi gravi

Mara ta’ 75 sena residenti Birkirkara qed issofri ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza fi Triq Fleur-De-Lys, Birkirkara, dalgħodu għall-ħabta tal-10am.

Skont stqarrija tal-Pulizija, il-mara kienet milquta minn Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 27 sena minn San Ġwann. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lill-vittma, qabel ma ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.

Hija ġiet iċċertifikata li qed issofri ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija