Tifel ta’ seba’ snin iweġġa’ ħafif f’inċident tat-traffiku

 

Tifel ta’ seba’ snin isofri ġrieħi ħfief wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara

Tifel ta’ seba’ snin sofra ġrieħi ħfief f’inċident tat-traffiku li seħħ kmieni l-Erbgħa filgħodu fi Triq Dum Karm, Birkirkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30 ta’ filgħodu, meta skont il-Pulizija, it-tifel ġie milqut minn karozza tat-tip Honda Fit, li kienet misjuqa minn raġel ta’ 22 sena, ukoll minn Birkirkara.

Ambulanza ssejħet fuq il-post u t-tifel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief. Is-sewwieq tal-karozza ma weġġax.

 

More in Qrati u Pulizija