Raġel b'mutur iweġġa’ gravi f’inċident f’Swieqi

Raġel ta’ 21 sena jinsab l-isptar wara li weġġa’ f’inċident f’Swieqi

Muturist ta’ 21 sena weġġa’ gravi f’inċident li seħħ fi Triq Sant’Andrija, f’Swieqi, nhar il-Ħadd fis-10:15pm.

Il-Pulizija qalet li r-raġel Libjan, residenti f’Swieqi, kien qed isuq mutur tal-marka Honda WW125A, u kien involut f’ħabta ma’ Smart ForFour misjuqa minn mara ta’ 20 sena minn Marsaskala.

Ma ngħatat l-ebda aġġornament dwar il-kundizzjoni tas-sewwieqa tal-karozza.

Il-Pulizija qalet li l-investigazzjonijiet dwar l-inċident għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija