Ħaddiem weġġa’ gravi f’inċident fuq sit ta’ kostruzzjoni f’Għawdex

Raġel ta’ 36 sena mill-Ghana weġġa’ gravi wara inċident waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Lawrenz, Għawdex

Illum filgħodu, għall-ħabta tad-09:15am, il-Pulizija ġew infurmati b’inċident fuq sit ta’ kostruzzjoni f’Dahlet Pawluzzu, San Lawrenz, Għawdex, fejn kien hemm bżonn ta’ assistenza immedjata.

Mill-istħarriġ preliminari li sar fuq il-post irriżulta li raġel ta’ 36 sena mill-Ghana weġġa’ waqt li kien qed jaħdem bi grinder.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lill-vittma, li mbagħad ittieħed b’ambulanza lejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA), sabiex jiġu stabbiliti ċ-ċirkostanzi eżatti tal-inċident.

 

More in Qrati u Pulizija