Persuna mfittxija mill-Pulizija

Il-Pulizija tappella lil kull min għandu informazzjoni sabiex tikkuntatjhom

Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta talab l-għajnuna tal-pubbliku sabiex jinstab individwu li bħalissa qed jiġi mfittex fuq ordni ta’ Maġistrat, b’rabta ma’ każ pendenti li għaddej fil-Qorti.

Fi stqarrija maħruġa llum, il-23 ta’ Ottubru 2025, il-Pulizija qalet li l-informazzjoni dwar il-persuna mfittxija ġiet ippubblikata fuq il-paġna uffiċjali tagħhom fuq Facebook, “The Malta Police Force.”

Il-pubbliku ġie mħeġġeġ biex jekk għandu xi tip ta’ informazzjoni li tista’ tgħin biex tinstab din il-persuna, jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ Messenger, jew iċempel fuq in-numri 21 224001 / 119, anke b’mod anonimu. Tista’ wkoll tiġi kkuntattjata l-eqreb għassa tal-Pulizija, billi jintuża n-numru ta’ referenza 30/2025.

More in Qrati u Pulizija