15-il persuna oħra akkużati b’vagabondaġġ u talb fit-triq wara spezzjonijiet mill-pulizija f’Marsa, San Ġiljan, Tas-Sliema u l-Gżira.
B’kollox, 28 persuna ġew arrestati nhar il-Ħamis. Filwaqt li 13 minnhom instabu jgħixu Malta illegalment, 15 oħra ġew investigati f’rabta mat-talba u l-vagabondaġġ.
Il-Ħamis wara nofsinhar, dawn il-15-il individwu dehru l-qorti u tressqu akkużi li kienu jgħixu ħajja bla xogħol u bla dar, li naqsu juru li kontinwament ippruvaw jidħlu f’xi xogħol waqt li kienu mingħajr mezz ta’ sostenn, u wkoll tallbu.
Xi individwi tressqu wkoll akkużati b’reċidiva.
Kulħadd deher quddiem il-Maġistrat Monica Vella, b’ħafna li wieġbu mhux ħatja għall-akkużi.
Dawk li wieġbu ħatja se jiġu kkundannati fil-25 ta’ Settembru.
Il-Maġistrat Monica Vella ppresediet il-Qorti.
L-Ispetturi Gabria Gatt u Matthew Attard ipprosekutaw.
Avukati tal-għajnuna legali Yanica Bugeja u Axl Camilleri assistew lill-imputati.