Raġel bi ġrieħi serji wara waqgħa fil-Marsa

Raġel sofra ġrieħi serji wara li waqa’ madwar sular waqt li kien fuq bastiment f’Xatt il-Mollijiet, il-Marsa

Illum, għall-ħabta tal-għaxra u kwart ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fuq bastiment, f’Xatt il-Mollijiet, il-Marsa.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li Indoneżjan ta’ 41 sena, waqa’ madwar sular ġo bokkaport.

Fuq il-post marru l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku, u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija