Ħabta bejn Karozza u Mutur f’Ħaż-Żebbuġ

Raġel ta’ 28 sena weġġa’ gravi wara li l-mutur li kien qed isuq ġie involut f’ħabta ma’ karozza f'Ħaż-Żebbuġ.

 

Ritratt: Pulizija ta' Malta
Ritratt: Pulizija ta' Malta

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tas-sitta u nofs, seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Ħ’Attard, Ħaż-Żebbuġ, li fih kien involut mutur u karozza.

Minn stħarriġ preliminari li sar fuq il-post mill-Pulizija, irriżulta li l-inċident kien jinvolvi Peugeot 2008 misjuqa minn raġel ta’ 32 sena residenti Ħal Balzan, u mutur Benelli li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 28 sena mis-Siġġiewi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lix-xufier tal-mutur, li ttieħed b’ambulanza lejn l-Isptar Mater Dei. Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija