Dalgħodu, għall-ħabta tad-8:45am, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq tal-Kanal, ix-Xewkija.
Skont stħarriġ preliminari, raġel ta’ 71 sena, residenti x-Xagħra, tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu tal-għamla Tuk Tuk u nqaleb.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu. L-ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn aktar tard ġie iċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Dr Brigitte Sultana LL.D ġiet nfurmata bil-każ u fetħet inkjesta, filwaqt li l-Pulizija qed tkompli bl-investigazzjonijiet biex tiddetermina l-kawża tal-inċident.