Raġel ta’ 75 sena jinsab l-isptar wara li ntlaqat minn karozza f’Ħaż-Żabbar nhar it-Tnejn wara nofsinhar.
Skont il-Pulizija, l-inċident seħħ għall-ħabta tal-4pm fi Triq Ħal Luqa, meta l-anzjan ġie milqut minn vettura tal-mudell Nissan March, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 29 sena resident f’Santa Luċija.
Fuq il-post, il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u aktar tard ittieħed Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Il-Pulizija qed tkompli bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan il-każ.