Carmelo Ciantar hu l-allegat aggressur tal-qtil doppju fir-Rabat

Pulizija arrestat lil Carmelo Ciantar, magħruf bħala ‘id-Durga’, wara li nstabu mejta żewġt irġiel f’għalqa f’Wied il-Kunċizzjoni, Rabat

Il-Pulizija identifikat lil Carmelo Ciantar, magħruf bħala id-Durga, ta’ 72 sena minn Ħaż-Żebbuġ, bħala l-persuna suspettata li wettqet delitt doppju li seħħ it-Tlieta filgħaxija fil-lokalità tar-Rabat.

Żewġt irġiel – Anthony Agius, ta’ 57 sena minn Rabat, u Dennis Mifsud, ta’ 51 sena minn Siġġiewi – instabu maqtula f’għalqa fi Triq il-Kunċizzjoni, fil-periferija tar-Rabat. Ir-rapport inizjali lill-Pulizija kien dwar sparaturi fil-lokal, u aktar tard il-vittmi nstabu mejta fl-inħawi ta’ Wied il-Qliegħa.

Minn informazzjoni uffiċjali jidher li l-każ għandu sfond familjari. Wieħed mill-vittmi huwa izzewweġ lil bint is-suspettat, filwaqt li l-ieħor huwa iben is-sieħba ta’ Ciantar.

Wara tfittxija estensiva, Ciantar ġie arrestat il-Mosta. 

Il-Maġistrat Joe Mifsud ġie appuntat biex jmexxi inkjesta maġisterjali dwar il-każ, u ġew ukoll inkarigati diversi esperti sabiex jassistu bl-investigazzjoni kriminali.

 

More in Qrati u Pulizija