Raġel ta’ 63 sena minn Naxxar tilef ħajtu aktar kmieni llum f’inċident traġiku li seħħ fil-Park & Ride tal-Furjana, meta nqabad bejn xarabank u ħajt.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:45 p.m. meta l-Pulizija ġew infurmati li persuna kienet feruta serjament wara li ntlaqtet minn vettura. Mill-investigazzjonijiet preliminari fuq il-post irriżulta li xarabank tal-marka Mercedes Citaro mexa waħdu għal xi raġuni, u bħala konsegwenza, ir-raġel spiċċa maqbud bejn il-ġenb tal-vettura u ħajt fil-viċinanzi.
Tim mediku minn Mater Dei wasal minnufih fuq il-post u l-vittma ttieħed l-isptar b’urġenza permezz t’ambulanza, iżda sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat inkwerenti Dr Joe Mifsud ġie infurmat dwar il-każ u ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta maġisterjali.
L-investigazzjonijiet tal-puluzija għadhom għaddejjin.