Raġel ta’ 27 sena jitlef ħajtu f'inċident f'Pembroke

Raġel jitlef ħajtu wara inċident f'Pembroke

Ritratt: Puluzija ta' Malta
Ritratt: Puluzija ta' Malta

Raġel ta’ 27 sena minn Raħal Ġdid tilef ħajtu kmieni dalgħodu f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Sant’Andrija, f’Pembroke.

L-inċident traġiku seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu (0100hrs) meta seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Honda, misjuq mill-vittma, u karozza BMW 1 Series misjuqa minn raġel ta’ 22 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Minn informazzjoni preliminari li ġabret il-Pulizija, jidher li l-impatt bejn iż-żewġ vetturi kien wieħed qawwi. Tim mediku wasal immedjatament fuq il-post u ta l-ewwel għajnuna lir-raġel fuq il-mutur, iżda minkejja l-isforzi kollha, huwa miet ftit wara li ttieħed b’ambulanza lejn l-Isptar Mater Dei.

Il-Maġistrat Dr Ian Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ordna l-ftuħ ta’ inkjesta maġisterjali filwaqt li ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-investigazzjoni.

Il-Pulizija qed tkompli bl-investigazzjonijiet tagħha.

More in Qrati u Pulizija