Inċident tat-traffiku f’Ħal Tarxien iħalli żewġ persuni midruba

Raġel ta’ 40 sena u mara ta’ 33 sena ġew ittieħdu l-isptar wara li l-mutur li kienu fuqu nqaleb fi Triq San Anard kmieni filgħodu

Ritratt: Puluziija
Ritratt: Puluziija

Kmieni filgħodu, għall-ħabta tal-0430hrs, seħħ inċident serju tat-traffiku fi Triq San Anard, Ħal Tarxien. Il-Pulizija ġiet infurmata dwar il-każ u marret minnufih fuq il-post, fejn instab li raġel ta’ 40 sena residenti f’Ħal Tarxien tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu, tat-tip Kawasaki, u nqaleb.

Fuq il-mutur kien hemm ukoll persuna oħra bħala passiġġiera — mara ta’ 33 sena mill-Latvja, residenti Marsaskala. It-tnejn li huma sofrew ġrieħi wara l-inċident u ġew assistiti minn tim mediku fuq il-post. Ambulanza ħadithom lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi, filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji.

Il-maġistrat Dr Ian Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ordna inkjesta maġisterjali. Intant, il-Pulizija qed tkompli bl-investigazzjonijiet tagħha.

More in Qrati u Pulizija