L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-9pm fi Triq taż-Żellieqa, il-Qrendi, meta r-raġel kien qiegħed jaħdem f’kamra tan-nar.
Tim mediku wasal malajr fuq il-post u ta l-ewwel għajnuna lir-raġel, li mbagħad ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura serja.
Il-Maġistrat inkwerenti Antoine Agius Bonnici ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta biex jinvestiga ċ-ċirkustanzi kollha tal-inċident. Il-pulizija qed tkompli bl-investigazzjonijiet tagħha sabiex jiġu stabbiliti x’ġara eżattament.