AĠĠORNATA: Raġel jitlef ħajtu f’inċident tat-traffiku fit-Triq l-Imdina

Żewġ vetturi involuti f’inċident fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ

Ritratt: Pulizija ta' Malta
Ritratt: Pulizija ta' Malta

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-10pm, seħħ inċident traġiku f’Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, li wassal għall-mewt ta’ raġel ta’ 32 sena minn Ħal Luqa.

Minn informazzjoni li għanda din il-gazzetta l-inċident seħħ meta karozza Renault Captur, misjuqa minn raġel ta’ 57 sena residenti Ħad-Dingli, kienet involuta f’impatt ma’ Honda Civic misjuqa mir-raġel ta’ 32 sena. Fil-Honda Civic kienet qed tivvjaġġa wkoll mara ta’ 28 sena minn Ħ’Attard.

Fuq il-post issejħu timijiet mediċi u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li taw l-ewwel għajnuna lill-persuni involuti u assistew fit-trasport tagħhom lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.

Sfortunatament, ftit wara waslu r-raġel ta’ 32 sena ġie ċċertifikat mejjet. Ir-raġel l-ieħor, ta’ 57 sena, qed isofri ġrieħi gravi, filwaqt li l-kundizzjoni tal-mara għadha mhux magħrufa.

Il-Maġistrat inkwerenti Antoine Agius Bonnici ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta biex jiġu investigati ċ-ċirkustanzi tal-inċident. Intant, l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin sabiex jiġu stabbiliti l-fatti kollha.

 

More in Qrati u Pulizija