Mara tweġġa' gravi f'inċident tat-traffiku f'Santa Venera

Il-mara, li għandha 22 sena, kienet qed issuq il-mutur tagħha meta spiċċat involuta fl-inċident tat-traffiku

Mara ta' 22 sena weġġgħet gravi hekk kif kienet involuta f'inċident tat-traffiku nhar l-Erbgħa filgħaxija.

L-inċident seħħ fi Triq Reġjonali, Santa Venera, fejn seħħet ħabta bejn il-mara, li kienet qed issuq il-mutur Honda tagħha, u tfajla ta' 19-il sena li kienet qed issuq karozza Vitz.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jgħin lill-mara midruba u biex jeħduha l-Isptar Mater Dei. Meta waslet l-isptar, ġiet iċċertifikata bħala mweġġa' serjament.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija fuq il-każ għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija