Għall-ħabta tat-8am illum, il-pulizija ġiet infurmata b’ħabta fi Triq il-Wied, Ħal Qormi bejn karozza u mutur. Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar b’ambulanza fejn wara ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-ħabta kienet bejn karozza tal-għamla Ford Transit, misjuq minn raġel ta’ 34 minn Ħaż-Żebbuġ u mutur tal-għamla Honda misjuq minn raġel ta’ 29 sena minn Ħal Qormi. Fuq il-post mal-ewwel issejjaħ tim mediku u ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.