Daniel Joe Meli mhux ħa jiġi estradit lejn l-Istati Uniti tal-Amerka, qalet il-qorti nhar it-Tlieta.
Il-ġuvni ta’ 28 sena kien arrestat f’Malta nhar is-7 ta’ Frar tal-2024 fuq akkużi ta’ bejgħ ta’ malware illegali fuq id-dark web, malware li jaċessa l-kompjuters tal-vittmi mingħajr huma ma jindunaw.
Inizjalment, Meli aċċetta li jiġi estradit lejn l-Amerka, imma aktar tard sfidha dan il-proċess billi ssottomessa appell u fetaħ każ kostituzzjonali hekk kif liġi ġiet emendata aktar tard, emenda li tagħti iżjed ħin ta’ riflessjoni lil individwi li qed jaffaċjaw l-estradizzjoni.
L-akkużi li jkun qed jaffaċja Meli l-Amerka jammontaw għal sentenza ta’ ħames snin ħabs, massimu.
Madanakollu, il-qorti qablet mal-argument ta’ Meli u t-talba għall-estradizzjoni ġiet mċaħda. Dan xorta waħda għadu jista jiġi appellat.
Meli kien ingħata l-ħelsien mill-arrest ix-xahar li għadda u baqa’ fil-pajjiż hekk kif komplew il-proċeduri legali.