Jitressaq il-qorti Ġermaniż akkużat li attakka raġel b’arma bil-ponta

Ġermaniż ta’ 53 sena jittressaq quddiem il-Qorti t’Għawdex wara li allegatament weġgħa raġel t’43 sena

Il-Qorti ta' Għawdex. Ritratt mill-arkivji
Il-Qorti ta' Għawdex. Ritratt mill-arkivji

Illum għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu ħa jitressaq Ġermaniż ta’ 53 sena quddiem il-Qorti t’Għawdex, akkużat li kkawża ġrieħi gravi lil raġel ta’ 43 sena.

L-inċident sar nhar it-2 ta’ Mejju għal-ħabta tan-12:30am fi Triq Fuq il-Għajn, f’Għajnsielem. Fuq il-post, il-pulizija sabet raġel ta’ 43 mix-Xewkija bi ġrieħi li allegatament ġew ikkawżat b’strument li jaqta’ u bil-ponta.

Il-Ġermaniż ta’ 53 sena ġie identifikat bħala l-allegat agressur wara tfittxija fl-akwati, u ġie arrestat mal-ewwel.

L-akkużat ħa jidher l-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat Brigitte Sultana.

More in Qrati u Pulizija