Raġel spiċċa bi ġrieħi gravi hekk kif il-pulizija ssejħet għall-għajnuna fi Triq id-Dejma, Ħal Tarxien.
Wara li waslet fuq il-post, il-pulizija skopriet li raġel ta' 45 sena li joqgħod Ħal Tarxien weġġa' hekk kif ċeda bih scaffolding waqt li kien għaddej b'xi xogħlijet.
Wara l-istħarriġ tal-pulizija, issejjaħ tim mediku fuq il-post biex jagħti l-għajnuna lir-raġel u biex jitwassal l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Ir-raġel imbagħad ġie ċċertifikat li weġġa' serjament.
Il-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.