Sewwieq ta' mutur u raġel ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku lbieraħ filgħaxija u kmieni dalgħodu.
L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tad-6:30pm, fi Triq iż-Żejtun. Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 70 sena residenti Ħaż-Żabbar intlaqat minn vann f’Ħal Tarxien
It-tieni inċident ġara għall-ħabta tas-1am fi Triq l-Imdina. Il-pulizija qalet li sewwieq ta’ mutur ta’ 42 sena residenti Birżebbuġa tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq f’Ħaż-Żebbuġ.
Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġt irġiel ittieħdu l-isptar b’ambulanza, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.