Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ressaq appell kontra deċiżjoni tal-Imħallef Toni Abela, li jirrifjuta t-talba tiegħu biex l-akkużat fil-frodi tal-akkwist Vitals-Steward ikunu mħarrka fuq il-valur tal-€400 miljun infiq tal-gvern fil-privatizzazzjoni tal-isptarijiet.
Grech u d-Deputat Adrian Delia qalu li l-Qorti kienet żbaljata meta qieset li l-Avukat tal-Istat jista’ jkun suxxettibbli għal aġendi moħbija fit-twettiq ta’ prosekuzzjoni bħal din, u saħqu li l-uffiċċju kien fid-dmir li jipproteġi u jiddefendi lill-Istat u jfittex kumpens għal kull serq mwettaq permezz ta’ korruzzjoni, qerq, jew kollużjoni ma’ partijiet terzi fis-saga Vitals-Steward.
Id-Deputati tal-Oppożizzjoni jridu li l-qorti tordna lill-Avukat tal-Istat jirkupra sa €400 miljun f’fondi li skonthom tħallsu lill-konċessjonarji – l-ewwel Vitals u Steward wara.L-avukat ta’ Grech u Delia, Edward Debono, qal li l-Qorti kienet żbaljata meta sostniet li qed tikser il-Kostituzzjoni.
“Huwa fid-dmit tal-Avukat tal-Istat li jaġixxi fl-interess pubbliku, u m’għandux ikun suġġett għad-direzzjoni jew għall-kontroll ta’ ebda persuna jew awtorità," jgħid l-appell.
Debono qal li l-Avukat tal-Istat kellu d-dritt li jressaq kawżi ċivili kontra dawk akkużati fil-frodi tal-procurement Vital biex jirkupraw il-flus misruqa b’konsegwenza ta’ frodi, misapproprjazzjoni, ħasil ta’ flus, serq, korruzzjoni, u kollużjoni ma’ Vitals/Stewards.