Raġel iweġġa' gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Tarxien

Raġel ta’ 72 sena residenti Santa Luċija ntlaqat minn karozza fi Triq Tal-Barrani, Ħal Tarxien fejn sofra ġrieħi gravi

L-Erbgħa, għall-ħabta tas-5:45pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Tal-Barrani, Ħal Tarxien.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 72 sena residenti Santa Luċija ntlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 52 sena residenti Santa Luċija.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi. 

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

More in Qrati u Pulizija