Il-Ħamis, għall-ħabta tal-4pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kapuċċini, ir-Rabat, Għawdex.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura misjuqa minn raġel ta’ 56 sena residenti r-Rabat stess u vettura oħra misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena residenti x-Xewkija. Tfajla ta’ 14-il sena residenti Għajnsielem kienet passiġġiera mal-ġuvni.
Ir-raġel ta’ 56 sena ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.