Raġel iweġġa' wara ħabta ma' trakk

Raġel ta' 35 sena residenti Ħal Kirkop isofri ġrieħi serji wara ħabta ma' trakk fi Triq Ħal Far, il-Gudja

Għall-ħabta ta’ l-erbgħa ta’ waranofsinhar, raġel ta’ 35 sena u residenti Ħal Kirkop ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Far, il-Gudja.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn vettura misjuqa mill-vittma u trakk misjuq minn raġel ta’ 34 sena residenti Birżebbuġa.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku assistew fuq il-post tal-inċident u r-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza, fejn aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Gianella Camilleri Busuttil kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija