Raġel arrestat b’Mandat ta’ Arrest Ewropew

Raġel Taljan ta’ 50 sena, li kien imfittex mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti ta’ Brindisi, ġie arrestat il-Ħamis b'Mandat ta’ Arrest Ewropew li kien inħareġ fl-2022

Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta
Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta

Il-Pulizija Maltija wettqet b’suċċess Mandat ta’ Arrest Ewropew fil-konfront ta’ ċittadin Taljan ta’ 50 sena, li kien imfittex mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti ta’ Brindisi. 

L-awtoritajiet Taljani kienu ħarġu mandat ta’ arrest fil-konfront tat-Taljan, fl-24 ta’ Jannar tal-2022, sabiex jiskonta sentenza ta’ priġunerija. 

L-operazzjoni tal-arrest saret kmieni l-Ħamis wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet fejn ġie stabbilit li l-persuna qiegħda tgħix il-Mosta. 

Pulizija minn diversi taqsimiet iċċirkondaw ir-residenza fejn qiegħed jgħix u ġie arrestat. L-operazzjoni ta’ dalgħodu saret bil- kollaborazzjoni mal-Pulizija Taljana. 

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti l-Ħamis, għal xi nofsinhar quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Giannella Camilleri Busuttil, biex jibdew il-proċeduri ta’ estradizzjoni lejn l-Italja. 

More in Qrati u Pulizija