Impjegat f'ħanut tal-kebab akkużat li weġġa’ gravi klijent

Ir-raġel wieġeb mhux ħati li weġġa’ gravi klijent li kien xurban f’ħanut tal-kebab f’San Pawl il-Baħar il-Ħadd filgħaxija

Raġel Eġizzjan ta’ 20 sena wieġeb mhux ħati li weġġa’ klijent xurban wara inċident li bgħat lill-klijent f’kura intensiva.

Quddiem il-Maġistrat Nadine Lia l-imputat ġie akkużat li kkawża ġrieħi gravi lil raġel Ukren u li kiser il-paċi pubblika.

Id-difiża qalet li l-vittma mar sal-ħanut filwaqt li kien taħt influwenza qawwija tal-alkaħol u insista li jibqa’ fil-ħanut wara li ġie mutlub mill-imputat biex jitlaq, li jiġi t-tifel tas-sid tal-ħanut. Fl-argument li nqala’ bejniethom, l-imputat ta daqqa ta’ ponn lir-raġel fis-sakra, li sussegwentement waqa’ mal-art.

Il-Qorti semgħet li l-Ukren instab li kellu livell alkoħoliku fid-demm ta’ 307 mg/dl. Sussegwentamenent l-Ukren intbgħat l-isptar b’ambulanza u jinsab f’qagħda kritika taħt il-kura intensiva. L-avukati tal-imputat sostnew li parti mill-ġrieħi li sofra l-Ukren kienu minħabba l-waqgħa xurbana tiegħu.

Il-vittma nżamm l-isptar, iżda m’għadux fil-kura intensiva.

L-imputat qed iwieġeb mhux ħati.

Il-Qorti ordnat li l-imputat jingħata bail ta’ €3,000, li jrid jiġu depożitati fl-atti tal-proċedimenti. Huwa ġie ordnat jiffirma ktieb tal-bail kuljum u ma jistax jmur ikellem lill-vittma.

L-Ispettur tal-Pulizija Bernard Grech qed imexxi l-prosekuzzjoni, flimkien mal-avukati Maria Meilaq Schembri u Claire Sammut mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

L-Avukati Mario Mifsud, Nicholas Mifsud, Alfred Abela u Rene Darmanin qed jassistu lil Khalifa.

More in Qrati u Pulizija