Bollards maħmuġin swew lill-Kunsill tan-Naxxar €101,000 f’danni lil sewwieq ta’ mutur

Imħallef ta digriet li l-kunsill lokali tan-Naxxar irid iħallas lil sewwieq is-somma ta’ €101,260 wara li sofra ġrieħi permanenti u telf ta’ dħul, f’inċident tat-traffiku bil-lejl fit-triq T’Alla w Ommu 

Imħallef ħareġ digriet li l-kunsill lokali tan-Naxxar irid iħallas lil sewwieq somma ta’ €101,260 wara li sofra ġrieħi permanenti u telf ta’ dħul ta’ paga, f’inċident tat-traffiku bil-lejl fit-triq T’Alla w Ommu.

Is-sewwieq tal-mutur wera b’suċċess lill-qorti li l-manutenzjoni tat-triq li kienet qed issir fit-triq prinċipali lura fl-2016, ma kinitx sinjalata sew bil-lejl minħabba nuqqas ta’ dawl jew ndafa tal-bollards. 

F’dak iż-żmien, ta’ 51 sena, il-vittma Joseph Fenech instab li sofra diżabilità permanenti ta’ 22%, abbażi ta’ tliet rapporti mediċi, apparti operazzjonijiet kirurġiċi li qassrulu sieq minnhom.

Fenech fetaħ il-każ tiegħu kontra Transport Malta, iżda fil-Qorti ġie ppruvat li x-xogħlijiet fit-toroq kienu responsabbiltà tal-kunsill lokali tan-Naxxar, li legalment kien obbligat li jieħu ħsieb is-sinjalar kif suppost ta’ dawn ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni.

Żewġ xhieda oħra, ħbieb ta’ Fenech li kienu qed isuqu fuq muturi separati, qalu li l-ebda mit-tliet muturi ma kienu qed isuqu b’veloċitá qawwija meta seħħ l-inċident. Iżda t-tnejn qalu li l-bollards kienu nksew b’swied mill-exhaust mill-karozzi u ma setgħux jidhru bil-lejl. Dan wassal biex f’daqqa waħda Fenech kellu jimmanuvra sabiex jipprova jevita l-ballords, li wasslu għall-inċident gravi tiegħu.

L-Imħallef Toni Abela ta diskwiżizzjoni twila dwar in-natura tad-danni li s-sewwieq tal-mutur għandu jiġi mħallas għall-inċident li sofra. “L-ebda kumpens monetarju, ikun x’ikun l-ammont tiegħu, ma jista’ jreġġa’ lura l-fakultajiet fiżiċi ta’ persuna li issa hija b’diżabilità… tisraq lill-vittmi mill-kapaċità tagħhom li jipprattikaw l-isport jew iwettqu aktar minn xogħol wieħed kull darba. Għal dan it-telf tal-fakultajiet umani tagħhom, trid tiġi allokata somma biex tagħti kont tal-integrità psiko-fiżika tal-vittma kif ukoll tal-integrità soċjali tagħha.”

Huwa kkalkula s-salarju ta’ €21,678 ta’ Fenech għall-14-il sena li kien fadal ta’ impjegabilità għal €303,492 iżda naqqas somma f’daqqa ta’ 18%. Minn dawn il-€248,863 li fadal, id-diżabbiltà ta’ 22% tiegħu rriżultat f’somma  ta’ €54,750, miżjuda b’€5,000 għal danni psikosoċjali.

Il-€59,750 imbagħad żdiedu b’10% biex jammontaw għall-inflazzjoni, u mbagħad żdiedu b’€35,536 f’telf ta’ dħul minn impjieg li sofra waqt żmien twil ta’ rikuperazzjoni twil, għal total ta’ €101,260.

More in Qrati u Pulizija