It-Tlieta, għall-ħabta tas-sebgħa u kwart ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fil-Miżieb, limiti tal-Mellieħa.
Wara stħarriġ preliminari mill-Pulizija, irriżulta li żewġt irġiel ta’ nazzjonalitá Ingliża weġġgħu hekk kif il-high up li kienu qiegħdin fuqu nqaleb.
L-irġiel, wieħed ta’ 58 sena u l-ieħor ta’ 45 sena, ittieħdu l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Aktar tard, huma ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.