Raġel iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn vettura

Raġel ta’ 57 sofra ġrieħi serji wara li ntlaqat minn vettura li kienet qed tinstaq minn mara ta' 52 sena fi Triq in-Naxxar, Birkirkara

Raġel ta’ 57 sena residenti Ħal Balzan, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq in-Naxxar, Birkirkara.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel intlaqat minn vettura, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 52 sena residenti n-Naxxar.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Qrati u Pulizija