Sewwieq ta' mutur isoffri ġrieħi gravi

Raġel ta' 29 sena tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u nqaleb, l-inċident seħħ fi Triq Ċensu Tabone, San Ġiljan

Ilbieraħ, għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident fi Triq Ċensu Tabone, San Ġiljan.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn irriżulta li Indjan ta’ 29 sena residenti San Pawl il-Baħar kien tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u nqaleb.

Is-sewwieq ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ. 

More in Qrati u Pulizija