Raġel ta’ 48 sena residenti r-Rabat, Għawdex, għal xi l-għaxra ta’ filgħodu, ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem, Għawdex.
Mill-istħarriġ tal-Pulizija rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur misjuq mill-vittma u vann misjuq minn raġel ta’ 80 sena residenti Għajnsielem.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Brigitte Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.