Jinstab katavru ieħor fiż-żona tal-Hurds Bank

Il-katavru nstab fi stat qawwi ta' dekompożizzjoni u se ssir awtopsja biex titfa' dawl fuq il-każ

Illum għal ħabta tat-3:00.p.m. il-Pulizija ġiet infurmata li ntlemaħ ġisem ta’ persuna fil-baħar, madwar 15-il mil nawtiku ‘l barra mill-kosta, fiż-żona magħrufa bħala Hurds Bank.

Hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata b’dan ir-rapport issejħet minnufih l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta li marru fuq il-post. Hemmhekk instab kadavru fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni, li ttella’ fuq Patrol Boat u iddaħħal f'Xatt it-Tiben.

Awtopsja fuq il-kadavru mistennija titfa’ aktar dawl fuq il-każ. Sa' issa għadu mhux magħruf jekk hux katavru ta' mara jew raġel. 

Bis-sejba ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Intant aktar kmieni illum instab kavaru ieħor f'Marsalforn. 

More in Qrati u Pulizija