Hit and Run iħalli raġel ta' 31 sena bi ġrieħi gravi

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni u t-tfittxija tal-vettura

Kmieni dalgħodu l-Pulizija ġiet infurmata b'inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ. Minn invesitgazzjoni prelimiari meta marret fuq il-post irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Yamaha misjuq minn raġel Pakistan ta' 31 sena, li joqgħod Ħaż-Żebbuġ u vettura, li telqet minn fuq il-post tal-inċident. 

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. 

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja, waqt li qed issir tfittxija għall-vettura involuta fil-ħabta. 

More in Qrati u Pulizija