Titlob għad-danni wara li tgħid illi l-labbra wżata fuqha meta ħadet il-vaċċin infettatha

Mara Maltija titlob lill-Qorti għad-danni wara li tgħid illi l-labbra wżata fuqha kienet 'maħmuġa'

Mara ta' 24 sena minn Ħaż Żabbar qed titlob għad-danni mingħand l-awtoritajiet tas-saħħa wara li qalet illi sofriet minn ġrieħi permanenti wara li - skont hi - ingħatat it-titqiba tal-vaċċin kontra l-Covid-19 b'labbra maħmuġa.

F'ittra quddiem il-Qorti, hija spejagt kif kienet ġiet imlaqqma f'Mejju li għadda bil-Johnson and Johnson mill-awtoritajiet f'Raħal Ġdid u qalet illi rekords mediċi li għandha f'idejha juru illi l-labbra li ntużat fuqha kkawżat infezzjoni u ġrieħi permanenti fuq idejha. 

Hija qed titlob kumpens mingħand id-Dipartiment tas-Saħħa, il-Ministeru tas-Saħħa, is-Sovvratendenza tas-Saħħa Pubblika u l-Uffiċċju Mediku Prinċipali. 

L-avukati Franco Debono, Marion Camillerti u Francesca Zarb iffirmaw l-ittra ġudizzjarja.

More in Qrati u Pulizija