Maġistrat titressaq il-Qorti fuq akkużi relatati ma' VAT

Il-Maġistrat Monica Vella tressqet il-Qorti fuq akkużi relatati ma' VAT...

Il-Maġistrat Monica Vella
Il-Maġistrat Monica Vella

I-Maġistrat Monica Vella qed tiffaċċja akkużi relatati ma' ħlas ta' VAT, bl-istess Vella titressaq quddiem il-Qorti nhar it-23 ta' Lulju, wara li nstabu diskrepanzi fid-dħul tagħha minn xogħol li jidher li wettqet waqt li ma kinitx qed taqdi dmirha bħala Maġistrat. 

Kienu sorsi li konfermaw dan mas-sit maltatoday. 

Skont il-Kodiċi ta' Etika għall-Ġudikatura, membri tal-Ġudikatura huma pprojbiti milli jipprattikaw kwalunkwe professjoni oħra, jew imexxu negozju. 

Il-każ fil-konfront tagħha se jkompli jinstema fil-15 ta' Ottubru. 

More in Qrati u Pulizija