Raġel arrestat b'rabta ma' negozju ta' armi tan-nar

Fil-karozza li kien qed isuq kellu arma tan-nar ikkargata b'żewġ balal

Raġel ta' 41 sena minn Birżebbuġa ġie arrestat b'rabta ma' negozju ta' armi tan-nar. L-arrest seħħ ilbieraħ waranofsinhar f'operazzjoni mill-Pulizija tar-Reati Maġġuri, assistiti mill-Iskwadra tar-Rapid Intervention Unit.

Il-Pulizija ċċirkondaw karozza li qiegħed qed tinstaq minn raġel wara li waslet informazzjoni li kien qed isir negozju ta' armi.

Fil-vettura nstab basket li fih kien hemm pistola kkargata b'żewġ balal.

Ir-raġel ittieħed fil-lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, fil-Furjana.

Huwa mistenni jitressaq il-Qorti llum.

More in Qrati u Pulizija