Supretendent tal-Pulizija sospiż wara li nstab pożittiv għall-kokaina

Jidher li l-amministrazzjoni tal-Pulizija u l-Ministeru għall-Intern irċevew xi informazzjoni u l-pulizija kellu joqgħod għat-test

Supretendent tal-Pulizija ġie sospiż wara li rriżulta pożittiv għall-kokaina hekk kif sarlu test.

Sorsi kkonfermaw mal-MaltaToday li s-Supretendent, stazzjonat Għawdex, qagħad għat-test wara li l-amministrazzjoni tal-Pulizija u l-Ministeru għall-Intern, irċevew xi informazzjoni.

Jidher li t-test sar fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizja stess.

Għalissa huwa sospiż mil-korp u mistenni jidher quddiem il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.

More in Qrati u Pulizija