Tixhed bint Miriam Pace: 'Ommi mtliet ansjetà minħabba x-xogħlijiet'

Miriam Pace saħanistra kellha tmur għand psikologu iżda lanqas laqgħa waħda ma laħqet marret għax seħħ il-kollass

Dalgħodu kompliet il-kumpilazzjoni kontra l-perit, il-kuntrattur u l-ħaddiema li qed ikunu akkużati li bi traskuraġni kkawżaw il-mewt ta’ Miriam Pace, il-mara li spiċċat mirduma taħt dik li kienet id-dar tagħha.

Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, illum xehdet Ivana Portelli, bint Miriam li spjegat kif il-familja Pace kienet bdiet tfittex biex tbiddel id-dar tagħha wara li semgħet li nbiegħet l-art ta’ biswithom.

“Ommi kienet inkwetata minħabba l-proġett. Malli ħarġet in-notifika tal-Awtorità tal-Ippjanar, l-ansjetà żdiedet,” saħqet Portelli.

Kompliet tispjega kif ommha kienet inkwetata ħafna għax kienet taf b’inċidenti oħra li seħħew. 

Fil-fatt, saħqet Ivana, ommha kienet ingħatat parir biex tmur għand psikologu iżda lanqas laqgħa waħda ma laħqet marret, għax seħħ l-inċident.

Il-Qorti ġiet ippreżentata kopji ta’ chats fuq whatsapp dwar dan is-suġġett.

Pace kienet saħanistra ngħatat pinnoli biex tikkontrolla l-ansjetà tagħha.

“Fit-18 ta’ Frar bgħatitli messaġġ tgħidli li kienet imwerwra għax ħasset ħafna theżżiż fid-dar,” saħqet Pace.

Il-każ ikompli fid-9 ta’ Lulju.

Aqra wkoll:

More in Qrati u Pulizija