Jinqabad fil-fatt jipprova jisgassa bieb ta' dar fil-Belt Valletta

Malli lemaħ il-Pulizija r-raġel telaq jiġri iżda nqabad ftit wara fi Triq Zekka

Raġel ta' 45 sena mill-Belt Valletta ġie arrestat ilbieraħ filgħaxija wara li l-Pulizija qabduh fil-fatt jipprova jisgassa bieb ta' residenza fil-Belt Valletta.

Malli waslilhom ir-rapport, il-Pulizija marru minnufih fi Triq Sant'Anna fejn lemħu lir-raġel li malli ra lill-Pulizija telaq jiġri minn fuq il-post. Huwa nstab fi Triq Zekka u ġie arrestat għall-ħabta tas-7:15pm.

Fuq il-post saret ukoll tfittxija fi Triq Sant' Anna u nstabet l-għodda li biha r-raġel, allegatament sgassa l-bieb tar-residenza.

Hu mistenni jitressaq il-Qorti llum.

More in Qrati u Pulizija