Jordan Azzopardi mmultat €3,500 f'żewġ każijiet separati

Azzopardi ta’ 29 sena qiegħed jkun mixli b’madwar 15 il-akkuża fosthom traffikar tad-droga eroina, kokaina u kannabis.

Din il-ġimgħa f’żewġ każijiet separati, il-baruni ta’ droga Jordan Azzopardi ġie mmultat it-total ta’ €3,500.

F’każ minnhom, huwa ġie mmultat €1,000 talli fi Frar li għadda nqabad fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta b’ponn tal-ħadid.

Fit-tieni każ, Azzopardi ġie mixli li kkaġuna ġrieħi gravi fuq raġel ieħor f’Paceville lura fl-2017 u li saq mingħajr liċenzja. Jidher ukoll li l-vittma kienet issellfet xi flus minn għand l-akkużat.

F’dan il-każ, il-Maġistrat Victor George Axiaq sab l-akkużat ħati fuq l-akkuża li saq mingħajr liċenzja neċessarja u mmultah is-somma ta’ €2,500 filwaqt li impona s-sospensjoni tal-liċenzja tas-sewqan għall-perjodu ta’ sena. Din is-sospensjoni tkun effettiva fl-eventwalità li l-imputat jingħata l-ħelsien mill-arrest. Minn naħa l-oħra, Azzopardi nħeles mill-akkużi li kkaġuna ġrieħi fuq il-vittma minħabba li dan tal-aħħar stqarr li ma jiftakar xejn.

Apparti minn dawn il-każijiet, Azzopardi ta’ 29 sena qiegħed jkun mixli b’madwar 15 il-akkuża fosthom traffikar tad-droga eroina, kokaina u kannabis.

More in Qrati u Pulizija